Il-Kunsill tal-Ispiżjara huwa l-korp regolatorju li jirregola l-professjonijiet farmaċewtiċi – Spiżjara, Tekniċi tal-Ispiżjara u Persuni Kkwalifikati. Dan huwa kkostitwit taħt l-Artikolu 16 tal-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa (Kap 464 tal-Liġijiet ta’ Malta). Ir-rwol ewlieni tiegħu huwa li jirregola l-professjonijiet farmaċewtiċi fl-interess tal-ħarsien tas-saħħa pubblika.